75 sena sena wara li l-vara tal-Immakkulata Kunċizzjoni ttieħdet Birkirkara biex tistkenn mill-bombi tal-gwerra, l-istess vara ttieħdet f’pellegrinaġġ minn Bormla għall-knisja ta’ Santa Liena.
Merfugħa fuq l-ispallel, b’banda u folla ta’ nies quddiema, il-vara qabdet triqitha kmieni filgħodu biex fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar waslet fil-Knisja ta’ Santa Liena f’Birkirkara.
ONE News tkellem mas-Segretarju tal-Kumitat Organizzattiv tal-Pellegrinaġġ, Matthew Tonna Gilford li ħadem qatigħ biex jiġi organizzat dan il-pellegrinaġġ.
“Dalgħodu fis-sebgħa u nofs kien hemm il-quddiesa tal-bidu tal-pellegrinaġġ. Fit-8:30 ħarget mil-knisja santwarja ta’ Bormla, u qabdet triqitha lejn birkirkara ġifiri tabbiet fuq trailer apposta u on the way ghaddejna fil-paroċċa tal-fgura u l-paroċċa tal-kunċizzjoni il-ħamrun. ” Stqarr Gilford.
L-Arċipriet ta’ Birkirkara Monsinjur Paul Carmel Vella tenna l-importanza li n-nies japrezzaw dak li missirijietna għamlu ħamsa u sebgħin sena ilu.
“Din hija it-tifkira tal-ħamsa u sebgħin sena meta fil-gwerra il-Bormliżi beżgħu li ħa taqà il-knisja u għallura ddeċiedew li jġibu l-istatwi tagħhom ġo Birkirkara. Hawnhekk ġabu l-kunċizzjoni u damet tliet snin hawn prattikament. Imbaghad keinu ghamlu wegħda li jekk il-knisja ta’ Bormla ma taqax joħduha lura pellegrinaġġ. U nfatti l-knisja ta’ Bormla ma waqgħetx.” Saħaq il-Monsinjur Vella.
Wara programm ta’ attivitajiet solenni, il-vara se tirritorna f’Bormla wara ħmistax il-ġurnata.