Il-vara ta’ San Gejtanu qabdet triqitha lura lejn il-Ħamrun wara li, għal diversi ġimgħat, kienet fil-Vatikan bħala parti minn mawra storika fl-okkażjoni tal-500 sena mit-twaqqif tal-Ordni tal-Patrijiet Teatini li kien waqqaf San Gejtanu stess.
Kmieni dalgħodu, Grupp tar-Reffiegħa ta’ San Gejtanu tela’ l-Ħamrun u bdiet il-ħidma biex tinġib lura l-istatwa għażiża ta’ San Gejtanu. Din l-istatwa li turi d-dehra mistika tal-lejla meta San Gejtanu irċieva lil Gesu Bambin minn idejn il-madonna, ittieħdet Ruma fil-bidu ta’ Settembru għall-okazzjoni tal-500 sena mill-waqfa tal-ordin tal-kleriċi Teatini li kien waqqaf fl-1524.
F’Ruma din l-istatwa kienet esebita fil-bazilika minuri ta’ Sant Andrea Della Valle fejn matul il-programm ta xahar li kien qed ifakkar dan il-hames centinarju, raw izuru din l-istess knisja eluf ta’ turisti.
Mument storiku li bla dubju li ser jibqa mnaqqax fil-qalb Ħamruniża li telghu jghixu dan il-mument u fl-istorja ta’ pajjżna, hu meta l-Papa Frangisku fil-bażilika maġġuri ta’ San Pietru fil-vatikan, waqaf quddiem din ix-xbieha għal mument ta’ talb u wara bierek din l-istess vara qabel ħarġet f’pellegrinaġġ minn l-istess bażilika.
San Gejtanu mistenni jasal lura Malta nhar il-Ħamis 3 ta’ Ottubru. Il-programm ta’ ċellebrazzjonijiet ta’ dan iċ-ċentinarju ser ikun qed jiġi fi tmiemu nhar il-Ħadd 6 ta’ Ottubru fejn ser ikun qed jara din il-vara toħroġ għall-ewwel darba mill-knisja ta’ San Franġisk fil-Ħamrun, f’pellegrinaġġ ta’ radd ta’ ħajr ferm mistenni mill-Ħamrunizi li jara din ix-xbieha lura fid-dar maħbuba tiegħu fil-knisija Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Gejtanu.