Fi qbil unaninimament, il-klabbs tal-league Ingliż qablu li mill-istaġun li ġej jibda jintuża l-Video Assistant Referee jew kif inhi magħrufa l-VAR.
Hekk kif it-timijiet bejnithom qablu, issa l-Premier League se tagħmel talba formali lil Bord Internazzjonali tal-Futbol u lill-FIFA sabiex din it-teknoloġija tkun tista’ tibda tintuża waqt il-logħob.
F’April li għadda t-timijiet tal-Premier League vvutaw kontra li l-VAR jidħol fis-seħħ min dan l-istaġun.
Il-VAR bdiet tintuża mit-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena fir-Russja. Wara t-Tazza tad-Dinja, din it-teknoloġija bdiet tintuża f’leagues oħra Ewropew, fosthom f’dak Taljan, Franċiż, Ġermaniż u Spanjol.
Matul it-Tazza tad-Dinja, kien hemm il’ fuq minn 300 inċident li ġew iċċekjati permezz tal-VAR.