Il-vapuri tal-Gozo Channel, inkluż in-Nikolaos, baqgħu joperaw mir-rotta ta’ wara Kemmuna. Dan wara li fl-aħħar sigħat żdiedet il-qawwa tar-riħ, bl-uffiċċju meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta joħroġ twissija ta’ riħ qawwi mil-Lbiċ sad-disgħa tal-lejla.
Intant, tard dal-lejl il-Kumpanija Gozo Channel ħarġet avviż li kellhom jissospendu l-vjaġġu minħabba l-qawwa tar-riħ.
Il-Kumpanija avżat ukoll li minħabba li r-rotta hija itwal, ix-xufiera u passiġiera għandhom jistennew xi dewmien fl-iskeda normali.