Il-vapur Mv Malita se jkun temporanjament indispost mill-operat minħabba li se jkun d-Dry Docks għal manutenzjoni skedata bejn l-Erbgha 9 ta’ Jannar u sal-Hamis 31 ta’ Jannar 2019.
Fi stqarrija l-Gozo Channel qalet kif għalhekk, biex il-kumpanija ttaffi l-immaniġjar tat-traffiku filgħodu, il-vjaġġi mill-Hamis 10 ta’ Jannar (bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa), f’dan il-perjodu, se jsiru kif ġej:
Mgarr, Għawdex | Ċirkewwa, Malta |
04:45 | 05:15 |
05:30 | 06:00 |
06:00 | 06:30 |
06:30 | 07:00 |
07:00 | 07:30 |
07:30 | 08:15 |
Il-vjaġġi l-oħra se joperaw skont l-iskeda, iżda s-servizz jista’ jaqleb shuttle skont id-domanda tat-traffiku. Il-kumpanija hija kommessa li topera l-vapur Mv ta Pinu biż-żewġ xkafef biex l-operat ilaħħaq mad-domanda tat-traffiku skont l-esiġenzi neċessarji.
L-arranġamenti t’hawn fuq jibqgħu fis-seħħ sakemm Mv Malita jkun lura fis-servizz u jiddependi mill-kundizzjoni tat-temp.