Il-valutazzjoni tal-art għal żvilupp ta’ lukanda fuq l-art li kien jokkupa l-istitut għall-istudji turistiċi jaqbel mal-istima tal-valur tal-art li ta l-Awditur Ġenerali.
Dan joħroġ biċ-ċar minn rapport tal-Awditur Ġenerali dwar it-trasferiment tal-art tal-ITS għand id-DB Group.
Fil-fatt il-Gvern kien qabbad lil Deloitte, kumpanija internazzjonali biex tistma l-valur tal-art li laħħaq il-ħamsa u erbgħin miljun ewro.
Din iċ-ċifra taqbel perfettament mal-valur li ta l-Awditur Ġenerali.