F’Mejju, is-sena li għaddiet, matul il-Presidenza Maltija tal-UE, fuq inizjattiva tal-Ministru tas-Saħħa Malti Chris Fearne, sitt pajjiżi Mediterranji, jiġifieri Malta, Ċipru, Greċja, Italja u Spanja, flimkien mal-Portugall, iffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta biex jikkooperaw dwar l-evalwazzjoni u l-akkwist konġunt ta’ mediċini ġodda. F’ dan il-grupp ingħaqdu wkoll l-Irlanda u r-Rumanija u anke s-Slovenja u l-Kroazja bħala membri sħaħ. Franza ngħatat status ta’ osservatur. Dan ifisser li l-Valletta Group issa jirrappreżenta 230 miljun ċittadin Ewropew.
Dan il-grupp importanti qed jinnegozja mal-industrija farmaċewtika biex iżomm il-prezzijiet li dejjem jgħolew ta’ mediċini ġodda. Dan il-proċess huwa imperattiv għas-sostenibbiltà kontinwa tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa.
Matul it-tielet Laqgħa Ministerjali tal-Valletta Group li saret f’Madrid din il-ġimgħa, il-11-il pajjiż tal-UE ngħaqdu mal-Kummissjoni tal-UE fl-ippjanar tat-triq ‘il quddiem biex jinġiebu l-mediċini aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini Ewropej