Il-vaċċin tal-Pfizer u l-BioNtech kontra l-COVID-19 qed juri li huwa mija fil-mija effettiv fost adoloxxenti ta’ bejn it-tnax u l-ħmistax-il sena.
Dan ħareġ minn testijiet li saru fost elfejn, mitejn u sittin żagħżugħ u żagħżugħa fl-Istati Uniti, li wrew kif il-vaċċin kien effettiv sa xahar wara li tittieħed it-tieni doża.
Ħareġ ukoll li l-effetti tal-vaċċin bħal dawk ta’ għajja u deni, fost adoloxxenti ta’ età iżgħar, kienu simili għal dawk fost adoloxxenti ta’ bejn is-sittax u l-ħamsa u għoxrin sena.