L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA qalet li qed tikkunsidra li l-każijiet rari rrappurtati ta’ trombożi jistgħu jkun u meqjusa bħala effetti tal-vaċċin għall-Covid-19 tal-Johnson and Johnson.
F’konferenza tal-aħbarijiet, it-Tlieta waranofsinhar, il-Kap Eżekuttiv Emer Cooke saħqet fuq l-importanza u l-benefiċċji tal-vaċċin, li huma aħjar milli wieħed jispiċċa jitlef ħajtu.
L-aġenzija tal-Unjoni Ewropea qalet li ħarġet b’din il-konklużjoni wara tmien każijiet irrappurtati fl-Istati Uniti.
Fl-Istati Uniti, aktar minn seba’ miljun persuna ngħataw il-vaċċin ta’ din il-kumpanija, bl-aġenzija tas-saħħa tal-Istati Uniti waqfet tagħti din it-tilqima.
F’Marzu li għadda, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini kienet approvat dan il-vaċċin għall-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
F’Malta, l-ewwel kunsinja tal-vaċċin waslet il-ġimgħa l-oħra iżda s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kienet qalet li għalissa din it-tilqima mhux se tingħata.