Il-kumpanija farmaċewtika Moderna qalet li minn testjiet li għamlet fuq tfal li għandhom ’il fuq minn 12-il sena sabu kif dan il-vaċċin għandu effettività għolja.
Moderna qalet kif minn dawk it-tfal li sarilhom test, ħadd minnhom ma ħareġ pożittiv għal virus.
Il-kumpanija qalet kif minn dawn it-testijiet, wara l-ewwel doża, kien hemm effettività ta’ 93%.
Il-kumpanija Moderna se tkun qed tressaq dawn ir-riżultati fil-bidu ta’ Ġunju.
Bħalissa l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għaddejja bi stħarriġ fuq it-tilqima tal-Pfizer fuq tfal li għandhom ’il fuq minn 12-il sena.