Fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li llum ressaq ittra uffiċjali quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili b’rabta mad-direttivi maħruġa mill-UPE fi ħdan il-UHM.
Il-Gvern spjega li dawn id-direttivi ta’ din il-unjin tal-edukaturi jmorru kontra ftehim milħuq mill-Ministeru mal-unjin li tgawdi l-għarfien ewlieni, f’dan il-każ l-MUT.
Il-Gvern saħaq li dan il-ftehim milħuq fil-bidu ta’ Jannar, jissalvagwardja t-tagħlim għat-tfal u l-istudenti fl-iskejjel tagħna.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li jibqa’ jappella favur it-tagħlim fl-iskejjel u biex dan ma jixxekkilx b’azzjonijiet li fiċ-ċirkostanza ma jagħmlu l-ebda ġid.