Minjaf kemm għaddejna ħin imwaħħlin mat-televixin naraw dawk il-ġlidiet, b’dik is-sigla ikonika li baqgħet tidwi f’moħħ bosta sal-ġurnata tal-lum.
Il-Uomo Tigre reġa’ magħna!
Bl-isem Tiger Mask W, l-episodji l-ġodda qed jixxandru bħalissa fil-Ġappun, u onlajn diġa sibnihom bis-sottotitli bl-Ingliż.
Għal ħafna snin il-Maltin segwew dawn l-episodji minn fuq stazzjonijiet televiżivi Taljani. Episodji dwar wrestler nobbli li b’maskla ta’ tigra, jiġġieled il-ħażen.
Intant, għal min irid iġedded ftit memorji jista’ jisma’ s-sigla bit-Taljan hawnhekk:
https://www.youtube.com/watch?v=R6OC0ClptW4