In-Nazzjonijiet Magħquda wissiet illi l-Afganistan jinsab f’riskju li jikrolla jekk il-komunità internazzjonali ma ssibx mezz kif iżomm il-finanzi fl-Afganistan għaddejjin, minkejja li hemm tħassib dwar il-gvern imexxi mit-Taliban.
Kważi mal-għaxar biljun Dollaru mill-assi tal-bank ċentrali Afgan jinsabu ffriżati barra l-pajjiż. Din is-sitwazzjoni qed tpoġġi lill-komunità barranija f’vantaġġ fuq it-Taliban.
Madanakollu, in-Nazzjonijiet Magħquda tenniet illi hemm bżonn li tinstab soluzzjoni kif jiġu ppumpjati flus lura fl-Afganistan, biex jiġi evitat kolass ekonomiku totali. Dan hekk kif l-Afgani għandhom prezzijiet għolja ta’ ikel u fjuwil, kif ukoll hemm nuqqas ta’ flus kontanti fil-banek privati.