Illejla, il-UĦM ħabbret li ssospendiet b’mod temporanju d-direttivi fl-Università ta’ Malta.
Fuq il-midja soċjali, is-Segretarju Ġenerali ta’ din il-Unjin, Josef Vella ħabbar li t-Tnejn waranofsinhar saret laqgħa u l-Gvern resaq iktar lejn il-proposti tal-Unjin. Intqal li għalhekk in-negozjati jistgħu jkomplu u b’hekk issospendiet id-ditettivi.
Vella sostna wkoll li t-Tlieta filgħodu se jkun hemm laqgħa bejn in-naħat involuti f’dawn it-taħditiet.
Josef Vella sostna li n-negozjati dwar il-ftehim kollettiv ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar sentejn.