L-Union Ħaddiema Magħqudin ukoll laqgħet diversi miżuri tal-baġit 2020. Fost il-miżuri li ntlaqgħu mill-UHM kien hemm it-tnaqqis fuq l-income tax tal-pensjonanti.Miżura oħra li ntlaqgħet sew mill-Kap Eżekuttiv tal-UHM kienet tal-first time buyers telgħet għal €175,000. Hawhekk Vella rrimarka li bħala Union huma xtaqu li din il-capping titla’ sa €250,000 madankollu laqgħul-ħidma li saret f’dan ir-rigward.
Laqgħu ukoll Il-miżura tal-Equity sharing fejn il-Gvern se jsellef lin-nies taħt l-40 sena sa €17,000 mingħajr interessi biex jassistihom fid-depożitu tal-ewwel dar tagħhom. Vella stqarr ukoll li huwa tajjeb li għola capping tal-kirjiet. Hawnekk irrimarka li dan ifisser li hawn iżjed nies li jfittxu l-kirja. Il-Union Ħaddiema Magħqudin xtaqet ukoll aktar ħidma dwar il-housing soċjali.
Huwa laqa’ wkoll il-miżura li persuni li għandhom karozzi elettriċi se jibda jkollhom kontijiet b’rati irħas u laqa wkoll il-miżura li kuntratturi se jkollhom inċentiv ta’ €200,000 biex jixtru makkinarju aktar modern u li jniġġeż anqas.