Il-Community Work Scheme li tħaddem il-General Workers’ Union, wara li rebħet proċess kompetittiv, mhix l-uniku skema maħsuba biex idaħħal iktar nies fil-post tax-xoħol li titmexxa minn trade union.
L-Union Ħaddiema Magħqudin ukoll tmexxi skemi simili. Irrapportat dwar dan il-Maltatoday li stħarrġet kif tul l-aħħar snin JOBS+ nediet diversi skemi maħsuba għat-taħriġ u l-għajnuna lil nies li ilhom jirreġistraw biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Skema oħra li nediet JOBS+ is-sena li għaddiet hija l-Work Programm Intitiative.
Din hi maħsuba biex tgħin idividwi ta’ iktar minn 25 sena jintegraw fid-dinja tax-xogħol. Imexxu din l-iskema hemm l-Unjin Ħaddiema Magħqudin, il-General Workers Union u l-kumpanija privata P5+. Dawn jagħmlu profil tal-individwu, iħarrġuh u jgħinuh isib impjieg. Hawn ukoll it-tliet entitajiet intgħażlu wara sejħa għall-offerti.
Minbarra l-Work Programme, il-UĦM rebħet ukoll il-programm tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ li ilu għaddej mill-2014. F’dan il-każ il-General Workers kient tifforma parti mill-konsorzju li tilef is-sejħa għall-offerti. Dawn l-inizjattivi huma lkoll inizjattivi maħsuba biex jinċentivaw il-bżulija u l-persuni jaħdmu minflok jibqgħu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.
Dan anke billi l-ħaddiema jingħataw id-dinjità. L-iskema tal-Community Work Scheme li fl-aħħar jiem sfat fil-mira tal-Partit Nazzjonalista għax titmexxa mill-General Workers Union hija mnebbħa minn skema li kienet diġa’ bdiet fi żmien amministrazzjoni preċedenti. Bl-uniku differenza tkun li din id-darba l-ħaddiema qed jieħdu iktar drittijiet.