Il-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UHM) qalet li se tordna strajk ġenerali kemm il-darba post tax-xogħol jagħti direttivi lill-ħaddiema mingħajr konsultazzjoni mal-unjin.
F’komunikat li bagħtet lil membri tagħha, il-UHM qalet li kull post tax-xogħol għandu jieħu rendikont tal-istampa ġenerali apparti li jħares lejn iċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.
Il-UHM qalet li kull post tax-xogħol għandu jżomm komunikazzjoni miftuħa u effettiva mad-diriġenti tal-unjin.