Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, pajjiżna organizza l-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’ taħt id-19-il sena. Dan l-avveniment importanti sportiv ġie organizzati f’Malta wara li fl-elfejn u erbatax, pajjiżna organizza il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-17-il sena.
Mill-ġdid dawn il-finali importanti wrew li huma pjattaforma mill-aqwa li minnhom jistgħu joħorġu ħafna stilel tal-futbol,
B’kollox ħadu sehem 8 timijiet li nqasmu f’żewġ gruppi differenti, biż-żewġ timijiet li jagħmluha sal-finali ikunu l-Italja u l-Portugall.
Dwar is-suċċess ta’ dawn il-finali tkellimna mal-Kap tal-Amministrazzjoni tal-MFA Ivan Falzon li spjega li dan il-Kampjonat kien ta’ interess qawwi kemm għall-pubbliku Malti u dak internazzjonali.
Fil-fatt, il-player Portuġiż u ta’ Atletico Madrid Joao Felix żar pajjiżna biex ikun ta’ sapport għal ħuh Hugo Felix.
Ivan Vella spjega li, “Bħala ċifri, it-target li kellna prattikament ilħaqnih diġà qabel il-finali, kellna target li xtaqna li jattendu għal dawn it-tournament u diġà qiegħed milħuq u li kellna suċċess tajjeb bħala attendenzi.”
Vella spjega li dan il-Kampjonat wera li pajjiż żgħir bħal tagħna kapaċi jospità avvenimenti internazzjonali importanti, mhux biss għall-esperjenza iżda wkoll għall-investiment li jirriżulta fir-riżorsi umani u għall-iżvilupp fit-tul fil-logħba tal-ballun fil-pajjiż.
Huwa żied jgħid li “Min-naħa ta’ UEFA jiġifieri qalulna li kien suċċess kbir bħala organizzazzjoni u bħala kollox. Kien hawn għadd ta’ midja minn diversi pajjiżi, kien hawn għadd kbir ta’ ġurnalisti minn kull pajjiż fosthom mill-Brażil, mill-Ghana. Kien hemm hafna segwaċi għal dan it-tournament.”
Il-partiti ntlgħabu, fl-Istadium Nazzjonali, is-Centenary Stadium, it-Tony Bezzina Stadium u l-Gozo Stadium.
Il-finali tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt is-19-il sena se tkun qed tintlagħab bejn l-Italja u l-Portugal fid-9 ta’ filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali.