Il-Malta Premier League ħabbret li l-UEFA ikkonkludiet li l-format ġdid tal-kampjonat huwa konformi mar-regolamenti u talbiet tagħha.
Din il-konklużjoni ħarġet wara diskussjonijiet bejn UEFA, MFA u MPL, li kienet assistita minn European Leagues.
L-approvazzjoni ingħatat wara aġġustamenti minuri biex jiġu assigurati saħansitra aktar il-mertu sportiv u pjazzament. Dan jinkludi l-introduzzjoni tal-possibilta kemm ta’ Playoff Final u Final Four skont il-klassifiċi tal-Opening u Closing Rounds.
Din id-deciżjoni kienet kundizzjoni li kienet għamlet l-MFA meta diga’approvat il-format.
Fiż-żmien li ġej mistenni li jiġi ppreżentat uffiċjalment il-format il-ġdid sabiex tingħata informazzjoni korretta lill-pubbliku sportiv.