Il-UEFA se tkun qed tiltaqa’ fit-23 ta’ April sabiex tiddiskuti t-triq ‘il quddiem għall-kompetizzjoniet Ewropew, dawk taċ-Champions League u l-Europa League, hekk kif dawn il-kompetizzjonijiet ġew posposti minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Waħda mill-possibilitajiet hija l-istaġun jitkompla u jintemm sal-aħħar ta’ Awwissu, iżda din id-deċizzjoni trid tittieħed mill-UEFA. Dan ifisser li l-finali taċ-Champions League li se jsir f’Istanbul isir fid-29 ta’ Awwissu, filwaqt li l-finali tal-Europa League li ħa jsir f’Gdansk se ssir ħamest ijiem qabel.
Matul dawn id-diskussjonijiet se tara kif għandhom jitkomplew il-fażijiet tan-knockout f’dawn il-kompetizzjonijiet Ewropew.