L-Enemalta ċċarat li l-qtugħ ta’ dawl li kien hemm fil-Farsons Beerfest ma’ kienx ikkawżat mis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-Enemalta.
Fil-fatt, fi stqarrija ġie spjegat li Teknici u Inġiniera ta’ Enemalta immedjatament marru fuq il-post, fejn wara spezzjonijiet u testijiet fuq is-substation li tissuplixxi lill-park nazzjonali Ta’ Qali, instab li l-provvista kienet waħda tajba.
Mit-testijiet li saru rriżulta li l-organizzaturi talbu anqas kurrent milli kien hemm bżonn għall-avveniment li ġie organizzat.
L-Enemalta fakkret li hija r-responsabbiltà tal-organizzaturi li jidentifikaw it-tipi ta’ kurrent meħtieġ lilhom u jippreparaw skont il-ħtiega.
Minkejja li ma kinitx problema kkawżata mis-sistema tal-Enemalta, l-istqarrija temmet tgħid li t-timijiet tekniċi presenti fuq il-post offrew l-assistenza lill-organizzaturi biex issolviet il-problema.