Ir-raġel mill-Korea ta’ Fuq li kien qed jinżamm arrestat fil-Malażja b’rabta mal-qtil ta’ ħu d-dittatur tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Nam, inħeles u se jkun deportat lura lejn pajjiżu l-Ġimgħa.
Dan wara li l-Avukat Ġenerali tal-Malażja qal li ma nstabet l-ebda evidenza biex jitressaq b’rabta ma’ dan il-każ.
Kim Jong-Nam inqatel fit-tlettax ta’ Frar kawża ta’ materjal tossiku.
B’rabta ma’ dan il-każ kienu akkużati wkoll żewġ nisa, u l-Malażja għaddejja bi tfittxijiet għal suspettati oħra li jista’ jkollhom rabta mal-qtil.
Dan fl-istess waqt li waqqfet l-aċċess ta’ viżi bla ħlas għal ċittadini tal-Korea ta’ Fuq minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.