Inqas minn nofs il-qraba tal-vittmi li tilfu ħajjithom f’Ġenova wara li ċeda pont aċċettaw l-offera ta’ funeral statali, minħabba rabja lejn il-Gvern Taljan. 38 persuna tilfu ħajjithom wara li l-pont Morandi ċeda t-Tlieta.
Il-midja Taljana qed tirrapporta li 14 mill-vittmi se jindifnu fil-funeral statali għada, u li 7 familji oħra għadhom iridu jwieġbu jekk aċċettawx l-offerta jew le.
Omm li tilfet lil binha f’din it-traġedja ddeskriviet l-offerta bħala waħda “tal-mistħija”, u li l-politiċi Taljani m’għandhomx jersqu lejn il-funeral tal-vittmi.
“Uliedna m’għandhomx ikunu skuża għal wirjiet pubbliċi. Dawk li ħabbewhom biss tul ħajjithom għandhom ikunu preżenti”, qalu wħud mill-qraba ta’ xi vittmi.