Raġel ta’ 29 sena mix-Xewkija Għawdex baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li lbieraħ ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq is-sieħba tiegħu f’residenza fi Triq il-Ġojjin f’Kerċem.
Ġie akkużat ukoll li kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza fuqha u li heddidha billi qabad arma li taqta’ u bil-ponta.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, u l-kawża ġiet differita għat-Tlieta li ġej meta se tingħata s-sentenza.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.