Argument bejn qraba dwar fenek spiċċa biex raġel jingħata l-libertà kkundizzjonata wara li nstab ħati li żamm lil oħtu kontra r-rieda tagħha.
Il-każ seħħ f’Jannar li għadda meta l-mara allegat li n-neputi ħadilha l-fenek bla ma kienet taf.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti qalet li l-aħwa għandhom ifittxu l-għajnuna professjonali biex jirrisolvu l-kwistjonijiet ta’ bejniethom.