Ħames persuni ġew akkużati b’attakk li sar fuq immigrant żagħżugħ f’Londra, attakk li ħallih isofri minn feruti ta’ natura gravi f’rasu.
Il-Pulizija qalet li qed tinvestiga grupp ta’ madwar għoxrin persuna li huwa mifhum li kienu involuti f’dan l-attakk fuq iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena f’Croydon, Londra, liema każ qed jiġi trattat mill-Pulizija bħala att kriminali ta’ preġudizzju. Il-vittma qed isofri, fost oħrajn, minn ksur f’rasu. Il-Pulizija għadha ma identifikatx lill-vittma.
Sa issa l-Pulizija arrestat disà persuni b’rabta ma’ dan l-attakk li l-età tagħhom tvarja bejn is-sbatax u s-sitta u għoxrin sena. Erbà minn dawn il-persuni nstabu ħatja mill-Qorti li wettqu attakk ta’ vjolenza abbażi ta’ diskriminazzjoni filwaqt li l-ħamsa l-oħra se jiġu mressqa l-Qorti.