Raġel mill-Isla inzamm taħt arrest wara li tressaq il-qorti minħabba li kkommetta diversi reati kriminali fi żmien erbgħa ġimgħat.
Floyd Attard ta’ tnejn u tletin sena, li huwa bla impjieg kien akkużat fost oħrajn b’seba’ akkużi ta’ serq, li għamel ħsarat volontarji, uża pjanċi tal-liċenzja invalidi u saq vettura mingħajr ma kellha liċenzja tat-triq u polza ta’ assigurazzjoni. Naqas ukoll milli jmur id-Depot tal-Pulizija meta ġie imsejjaħ mill-Pulizija.
Attard wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu, bl-avukat tiegħu ma talabx il-ħelsien mill-arrest u issuġġerixxa biex jinżamm fit-taqsima tal-vizzju tad-droga f’Monte Carmeli.