L-Imħallef Edwina Grima wissiet lill-avukati fil-każ ta’ Yorgen Fenech, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphen Caruana Galizia, biex ma jippubblikawx jew jaqsmu mal-midja jew ma’ partijiet terzi dokumenti mill-każ.
F’digriet ġdid li ħarġet, l-Imħallef iċċarat li d-deċiżjoni li tat fid-29 ta’ Novembru tal-2021 li fiha pprojbixxiet il-pubblikazzjoni jew it-tixrid ta’ dokumenti dwar il-każ, għadha fis-seħħ.
Dan id-digriet ġdid inħareġ ftit sigħat wara li xi mezzi tal-midja qalu, b’mod li jiżgwida lill-qarrejja, li l-Imħallef kienet qalet li mhux ipprojbit li messaġġi mill-WhatsApp ta’ Fenech jiġu ppubblikati.
L-Imħallef għamiltha ċara li l-ebda dokument fil-każ, ħlief jekk ikun ippreżentat fil-miftuħ quddiem il-Qorti, ma jista’ jiġi ppubbikat fil-midja, inkluż fuq il-midja soċjali, ħlief jekk ikun hemm permess speċjali. Hija saħqet li l-ordni tagħha tgħodd ukoll għall-avukati kollha involuti fil-każ.
Ftt tax-xhur ilu, Mark Camilleri ppubblika mijiet ta’ messaġġi privati li Yorgen Fenech kien bagħat fuq WhatsApp, u l-Imħallef Grima ordnat lill-Pulizija biex jieħdu passi kriminsli kontrih minħabba disprezz lejn il-Qorti.
Aktar tard ġie żvelat li l-eks deputat tal-establishment tal-PN Jason Azzopardi, ipprova jirrikatta lill-ġurnalist Saviour Balzan billi heddu li jxandar messaġġi mill-mowbajl ta’ Fenech. Bħala avukat, Jason Azzopardi jirrappreżenta lill-famija Caruana Galizia bħala parte civile fil-każ kontra Yorgen Fenech u, b’hekk, għandu aċċess għad-dokumenti u l-provi kollha.