L-Imħallef Robert Mangion laqa’ t-talba tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u waqqaf l-azzjoni industrijali li l-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, tat biex ma jiġux sterilizzati għodda għall-operazzjonijiet u li kawża tagħha kienu qed jintlaqtu mat-tmenin operazzjoni kuljum.
L-Imħallef Mangion iddeskriva din l-azzjoni industrijali bħala ta’ periklu għas-saħħa tal-pazjenti u ordna li din ma tidħolx fis-seħħ.
L-Imħallef Mangion qal li għalkemm il-unjin kellha dritt għal azzjoni industrijali din ma setgħetx tipperikola ħajjet u saħħet il-pazjenti.