Raġel mixli b’ attentat ta’ qtil weħel xahrejn ħabs talli abbuża verbalment u hedded lill-avukat assenjata lilu mill-Istat bħala għajnuna legali.
L-awla tal-Maġistrat Joe Mifsud semgħet kif Ahmed Omar Amhimmid Aljwenni sar agressiv u hedded lill-avukat Yanika Bugeja meta kien eskortat fil-lock up wara li tatu parir li ma jammettix għall-akkuża ta’ qtil involontarju minħabba l-konsegwenzi serji tar-reat.
L-avukatessa spjegat kif minflok offriertlu li tikkonsulta mal-Avukat Ġenerali u żżommu infurmat. Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat saħaq li mhuwiex se jittollera imġieba insolenti fil-konfront t’ uffiċjali tal-qorti u ta s-sentenza massima biex jgħaddi sinjal ċar li l-qorti qegħda hemm biex tipproteġi lill-uffiċjali kollha.