Missier Ġermaniż ġie ordnat iħallas is-somma ta’ €73,000 fuq medda ta’ seba’ snin lill- eks mara tiegħu għall-manteniment t’uliedu. Dan filwaqt li jibqa’ jħallas is-somma ta’ €2,100 ewro fix-xahar sakemm uliedu jagħlqu 23 sena, jekk huma jkomplu bl-istudji tagħhom.
Din il-familja kienet ġiet tgħix f’ Malta fl-2007 meta l-missier intbgħat f’ pajjiżna fuq xogħol diplomatiku madankollu sseparaw tliet snin wara u l-mara ħadet il-kustodja taż-żewġ uliedha.
Fil-Qorti l-mara qalet li hija kienet taħdem bħala għalliema u l-paga tagħha kienet ta’ €1,600 fix-xaħar filwaqt li r-raġel kien jaqla’ €6,500 fix-xahar u għalhekk il-manteniment t’€1,000 li kien iħallasha ma kienx biżejjed.