Il-koppja mixlija b’ħasil ta’ flus u negozjar illegali taż-żejt mil-Libja, Gordon Debono u martu Yvette jridu jiffirmaw fl-għassa ta’ Marsaskala minflok Ħaż-Żabbar.
Fil-Qorti ntqal li l-koppja kienu qed jiffirmaw Ħaż-Żabbar minkejja li joqogħdu fil-viċinanzi tal-għassa ta’ Marsaskala.
Hawnhekk il-Prosekuzzjoni qalet li ħafna drabi l-għassa ta’ Marsaskala tkun magħluqa filwaqt li ta’ Ħaż-Żabbar tkun miftuħa dejjem iżda l-Qorti ma kinitx konvinta.
Il-Qorti ordnat ukoll li Yvette Debono għandha tingħata aċċess għall-garaxx tagħha sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa hekk kif din il-parti tar-residenza kienet magħluqa biex ma jkunx hemm intralċ ta’ provi.
Dan filwaqt li l-Qorti awtorizzat biex il-laptop ta’ binthom jerġa’ jingħata lura wara li kien konfiskat mill-pulizija.