Il-Qorti ddeċidiet li l-istqarrija li ta’ Andrew Mangion, li hu akkużat bil-qtil tal-eks mara tiegħu, Eleanor Mangion Walker fl-elfejn u sittax, ma tistax tintuża fil-Qorti hekk kif din ingħatat mingħajr il-preżenza tal-avukat tiegħu.
L-istqarrija ta’ Mangion ingħatat mingħajr l-avukat tiegħu hekk kif dak iż-żmien, il-liġi kienet tħalli biss li l-imputati jitkellmu mal-avukati tagħhom sa siegħa qabel l-interrogazzjoni.
Intqal kif minkejja li fl-istqarrija m’ammettiex li qatel lil martu, huwa inkrimina ruħu f’diversi okkażjonijiet waqt l-interrogazzjoni.
Mangion qed jgħaddi ġuri u jista’ jaffaċċja sentenza t’għomor il-ħabs hekk kif hu akkużat li kellu x’jaqsam mal-involviment tal-qtil tal-eks mara tiegħu, li nstabet mejta f’maħżen f’Ħal Qormi fl-elfejn u sittax.
Ftit jiem wara li nstab il-katavru, Mangion resaq lejn il-Pulizija minn jeddu wara tfittxija għalih mal-pajjiż.