L-Imħallef Lawrence Mintoff iddeċieda li nkisru d-drittijiet fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-avukati ta’ Fenech kienu fetħu każ Kostituzzjonali kontra s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Huma argumentaw li peress li l-Qorti ngħalqet riżultat tal-imxija tal-Coronavirus, fuq ordni tal-awtoritajiet tas-saħħa, inkisru d-drittijiet ta’ Yorgen Fenech li jieħu ġustizzja fi żmien raġonevoli.
L-Imħallef ordna li l-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech tissokta minnufih.
Fil-fatt qabel din id-deċiżjoni, il-kumpilazzjoni ta’ Fenech kienet mistennija li tkompli tinstema’ nhar it-Tnejn li ġej.