Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ordnat li tiġi rrilaxxata l-propjetà kollha ħlief karozza li ttieħdet lil raġel minn Marsaxlokk li nstab ħati ta’ tixħim u li ffroda dipartiment tas-Sajd tal-Gvern.
Dan fuq il-premessa li l-affarijiet li ġew ikkonfiskati ma kellhomx x’jaqsmu mat-twettiq tar-reati kriminali tiegħu u kif ukoll għaliex diġà ħallas lura l-ammonti ta’ flus li daħħal illegalment.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Imħallef Miriam Hayman fil-fatt ordnat li jiġu ritornati lir-raġel kontijiet tal-bank, dar f’Marsaxlokk u appartament f’Għawdex.