L-Imħallef Edwina Grima ordnat li jiġu ffriżati l-assi ta’ Keith Schembri u martu, u Brian Tonna minn Nexia BT fost oħrajn.
Dan wara li l-Avukat Ġenerali preżentat talba sabiex jiġu ffriżati l-assi.
Dan l-iżvilupp seħħ wara li ntemmet l-inkjesta Maġisterjali li kienet qed tinvestiga l-akkużi ta’ tixħim fil-konfront ta’ Schembri u Tonna mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.