Il-Maġistrat Rachel Montebello ordnat lill-pulizija biex tinvestiga d-diversi leaks ta’ messaġġi li oriġinaw mill-mobile ta’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’digriet, il-Maġistrat qalet li l-konversazzjonijiet li ppubblikat it-Times of Malta kienu jirriflettu informazzjoni li kienet biss aċċessibbli għall-partijiet fil-Qorti.
Informazzjoni mill-mobile ta’ Fenech kienet ġiet elevati mill-esperti tal-Europol u sottomessa fil-Qorti f’Novembru li għadda.
Il-Maġistrat sabet li dawn l-artikli li ġew ippubblikati huma disprezz lejn il-Qorti u għaldaqstant ordnat lill-Kummissarju jinvestiga l-partijiet kollha li kellhom aċċess għal din l-informazzjoni ristretta.
Ordnat ukoll lir-reġistratur tal-Qorti biex jibda proċeduri kontra l-awturi ta’ dawn l-istejjer ippubblikati fuq it-Times.