Il-Qorti ordnat li tiġi meqruda konsenja ta’ 696 par żarbun tad-ditti Nike u Swoosh Design. Konsenja li nstabet f’kontejner li ddaħħal fil-Port il-Kbir fl-10 ta’ Diċembru 2016.
Kienu l-kumpaniji Nike Innovative u Own Boweman Drive li fetħu kawża kontra l-esportaturi Guang Sheng Import & Export Co u Import Department Pelikan Agency.
Din il-konsenja ta’ żraben kienet inqabdet mid-Dwana ta’ Malta li wara stħarriġ li sar kien ikkonfermat li ż-żraben ma kienux ġenwini. Dawn iż-żraben sal-lum il-ġurnata għadhom qed jiġu miżmuma fil-maħżen tad-Dwana.
Il-Qorti Ċivili ordnat biex fi żmien 90 jum dawn iż-żraben jinqerdu kollha, filwaqt li ordnat li l-ispejjeż jitħallsu mill-esportatur u l-importatur taż-żraben foloz.