Mit-13 ta’ April, skont digriet mill-Qorti, Hector J. Spiteri ġie maħtur bħala l-Amministratur tal-kumpanija Zenith Finance fejn se jkun qed jieħu ħsieb il-kumpanija kif ukoll jippreserva l-assi ta’ Zenith Finance.
Spiteri se jkun qed jieħu post Stephen Paris li nħatar bħala l-persuna kompetenti mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA fejn l-irwol tiegħu se jintemm fit-28 ta’ April.
Fi stqarrija l-MFSA qalet kif kull tip ta’ komunikazzjoni b’rabta ma’ Zenith Finance għandha tiġi indirizzata lil Spiteri fuq l-imejl hectorspiteri58@gmail.com.
Intant Stephen Paris ser jibqa’ maħtur bħala l-persuna kkwalifikata għal Zenith TII u għalekk ser jibqa’ f’din il-pożizzjoni sakemm l-Awtorità tiddeċiedi mod ieħor.