Raġel ta’ 49 sena residenti l-Fgura wieġeb mhux ħati li lbieraħ filgħaxija kiser imnieħer martu wara argument fid-dar matrimonjali tagħhom. Huwa ngħata ħelsiet mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000.
Dan kien l-ewwel rapport ta’ vjolenza domestika fil-konfront tar-raġel li ilu miżżewweġ ma’ martu 21 sena. L-avukat difensur qal fl-awla tal-Qorti li l-mara ndarbet fil-mument li r-raġel kien qed jipprova jiddefendi lilu nnifsu minn martu li waqt l-argument saret aggressiva.
Il-Maġistrat laqa’ it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni biex tħares lill-vittma.
huwa kien ordnat jiffirma darba f’ġimgħa l-għassa u joħroġ mid-dar matrimonjali. Ir-raġel se jkun qed jgħix ma oħtu fid-dar tagħha f’Ħal Għaxaq.