Il-Qorti Kostituzzjonali ta’ Spanja ssospendiet is-sessjoni tal-Parlament Katalan ta’ nhar it-Tnejn li ġej, fi sforz biex tipprevjeni spinta possibbli għall-indipendenza.
Il-Qorti qalet li mossa bħal din tkun ksur tal-kostituzzjoni. Aktar kmieni, l-Prim ministru Spanjol, Mariano Rajoy wissa lill-gvern reġjonali ta’ Katalunja kontra d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza wara l-vot tal-Ħadd li għadda.
Il-mexxej Katalan, Carles Puigdemont indika li jista’ jkun li jagħmel din id-dikjarazzjoni fis-sessjoni tal-ġimgħa d-dieħla. Ir-ruling tal-qorti li sar il-Ħamis laqa’ l-isfida mhux mill-gvern f’Madrid, iżda mill-Partit Soċjalista tal-Katalonja, li jopponi s-seċessjoni minn Spanja.
Il-Qorti qalet li jekk ikun permess li l-parlament reġjonali jiltaqa’ u jiddikjara l-indipendenza, dan ikun ifisser li jinkisru d-drittijiet tal-membri parlamentari tal-partit. Ruling preċedenti mill-qorti mmirat li jwaqqaf il-vot tal-Ħadd ġie injurat mill-mexxejja Katalunji. Dik l-isfida lill-qorti waslet mill-gvern Spanjol li kkundanna r-referendum bħala illegali.