Kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront tal-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufa bħala ‘Tal-Maksar’, kif ukoll ta’ Jamie Vella u George Degiorgio magħuf bħala ċ-Ċiniż.
Is-seduta tat-Tnejn trattat b’mod partikolari l-propejtajiet u anke l-ġid tal-akkużati u nstemgħet privatament.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aħwa Tal-Maksar qed jiġu akkużati li fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia, u George Degiorgio qed jaffaċċja akkużi separati dwar l-istess delitt flimkien ma’ ħuh Alfred magħruf bħala ‘il-Fulu’.
Adrian Agius tal-Maksar qed jiġi akkużat wkoll li kkummissjona l-qtil tal-Avukat Carmel Chircop fl-2015, filwaqt li Jamie Vella u George Degiorgio qed jiġu akkużati li huma l-eżekuturi fil-qtil tal-Avukat Chircop.