L-inizjattiva, li għandha l-għan tipproteġi iżjed lil Kemmuna u l-bajja pittoreska tagħha tal-Blue Lagoon, reġgħet bdiet titħaddem wara li l-Qorti rrifjutat il-mandat li ddaħħal mill-operaturi tad-dgħajjes.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti saħqet li l-operaturi mhux se jkunu qed iġarrbu danni minħabba din l-inizjattiva ġdida favur is-sostenibilità operata minn Team Blue Lagoon fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA.
Is-sistema, imsejħa ‘Book. Protect. Enjoy’, kienet introdotta fl-1 ta’ Mejju li għadda, iżda kellha tiġi sospiża wara t-talba tal-operaturi, li wkoll talbu li ż-żoni tal-għawm jiġu estiżi.
B’hekk, minn nhar it-Tnejn li ġej, kull persuna, li trid iżżur il-gżira, trid tirreġistra b’xejn minn qabel fuq is-sit: