Fil-Qorti l-Ġimgħa kompliet il-kumpliazzjoni fil-każ tax-xufier Charles D’Amato, fil-każ tad-double decker fejn kienu mietu żewġ passiġġieri.
Il-Magistrat, Joe Mifsud, stqarr li l-prosekuzzjoni kienet qed issejjaħ numru ta’ xhieda li kienu diġà xehdu f’inkjesta Maġisterjali.
Il-Qorti nnutat ukoll li xi akkużi huma preskritti.
Il-Qorti kienet lliberat lill-erba’ diretturi ta’ kumpanija tat-turisti iżda kienet poġġiet taħt att t’akkuża lix-xufier mixli bi qtil involontarju.