Il-Qorti laqgħet it-talba tal-kumpanija Air Malta għall-mandat ta’ inibizzjoni bil-għan li jwaqqaf lill-Union tal-Bdoti (ALPA) milli jordnaw strajk. Strajt li possibilment seta’ jwaqqaf is-servizzi tal-linja tal-ajru nazzjonali. L-azzjoni industrijali ġiet ordnata il-bieraħ wara nofsinhar wara li l-bdoti qablu ma azzjonijiet industrijali fl-Air Malta.
Fit-talba tagħha l-Air Malta qalet li l-kwistjonijiet li fuqhom il-Union talbet azzjonijiet industrijali ma jikkwalifikawx taħt id-definizzjoni legali ta’ tilwima industrijali.
Fi stqarrija maħruġa t-Tnejn filgħodu l-Air Malta qalet li l-ebda titjira ma ġiet affetwata u kollox se jkun qed jiġi operat kif skedat. Madankollu jekk tisejjaħ azzjoni industrijali oħra l-kumpanija ħejjiet arranġamenti sabiex jitnaqqas l-effett tagħhom. Dan sar sabiex jiġu protetti l-passiġġieri u l-iskeda tal-Air Malta.