Il-Unjin tal-Bdoti, l-ALPA, qalet li l-Qorti tal-Prim Awla Ċivili laqgħet rikors li għamlet il-Ħadd filgħodu.
Liema rikors ser jippermetti li għalissa ma jitkeċċewx id-69 bdot tal-istess Unjin wara li l-Air Malta ħabbret li se jkunu ssensjati nofs il-piloti.
Dan hekk kif il-unjin talbet €73 miljun ewro għall-iskema tal-irtirar tal-bdoti. Somma li kienet tammonta għal €700,000 lil kull bdot.
Fi stqarrija l-ALPA qalet li b’hekk issa s-sensji huma temporanjament sospiżi.