Il-Qorti laqgħet rikors tal-Istitut tal-Ġurnalisti Malti biex jiġu mħarsa s-sorsi li kellha l-blogger Daphne Caruana Galiza li nqatlet ġimagħtejn ilu fil-Bidnija.
Fi stqarrija, l-IĠM laqa’ b’sodisfazzjoni d-deċiżjoni tal-Maġistrat Inkwirenti biex fil-proċess tal-investigazzjoni dwar il-qtil Caruana Galizia jkunu mħarsa s-sorsi kollha li kellha l-blogger kemm għall-istejjer li kienet ippubblikat kif ukoll għal stejjer oħra li setgħet kienet qed taħdem fuqhom qabel ma nqatlet.
It-talba tal-IĠM kienet saret bl-appoġġ tal-edituri kollha tal-midja lokali.