- Il-Qorti tiffriża l-assi ta’ DCG
Il-Ministru Chris Cardona beda jdaħħal il-libelli fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia u magħhom għamel ukoll mandati ta’ sekwestru. Il-mandat ta’ sekwestru huwa dwar l-ammont massimu li wieħed jista’ jeħel jekk jinstab ħati, €11,500 għal kull libell.
B’hekk il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella laqgħet mandati fl-ammont ta’ €46,000. Il-Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista ikkonferma kif beħsiebu jressaq iktar libelli kemm fil-konfront ta’ Caruana Galiza kif ukoll fil-konfront ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista u reporters mill-media tal-istess partit.
Fl-aħħar jiem Cardona enfasizza iktar minn darba li għandu l-provi li dak allegat dwaru minn Caruana Galiza huwa gidba u li fil-qorti se jipprova dan.