Minkejja li llum il-Qorti f’deċiżjoni li tat ikkundanat il-politika ta’ gideb tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, l-istess Busuttil ma wera assolutament l-ebda tip ta’ diċenza fejn mhux biss ma rrispettax id-deċiżjoni tal-Qorti, iżda lanqas talab apoloġija tal-gideb li xerred hu u l-media tiegħu.
Dan stqarru l-Partit Laburista u qal li filwaqt li jagħmel hekk, Simon Busuttil qed jibqa’ jiddefendi nies bħal Toni Bezzina li l-Qorti ma emmnitx il-verżjoni li ta u lil Chris Said, li wkoll ma kienx emmnut mill-Awditur Ġenerali.
“Dan kollu juri kemm l-attitudni tal-Kap tal-Oppożizzjoni hija sintomatika ta’ politiku elite, parti minnestablishment li l-poplu ilu li warrab,” temm jgħid il-PL.