Il-Qorti ddikjarat li John Udagha Omeh, Niġerjan ta’ 42 sena, kellu d-drittijiet tiegħu miksura hekk kif ma kellux aċċess għall-avukat waqt l-interogazzjoni b’rabta ma’ importazzjoni agravat ta’ droga kokaina lura fl-2010.
Minkejja li l-Qorti ddikjarat dan, is-sestenza li qed jiskonta n-Niġerjan se tibqa’ l-istess għax il-fatturi kollha jindikaw li huwa ħati.
Il-Magistrat Anna Felice qalet li n-negozjant Niġerjan kien korett meta qal li kien ta d-dikjarazzjoni tiegħu lill-Pulizija mingħajr assistenza ta’avukat għax sa dak iż-żmien il-liġi ma kinitx tipprovdi assistenza legali.
Pero din ma kinitx l-uniku prova kontrih. Id-droga li nstabet fuq ir-raġel kienet tammonta għal tlett kilos u kellha valur ta’ kwazi €300,000.